Thursday, December 15, 2011

X’tip ta’ xogħol?

Fl-ahhar sena, il-Prim Ministru tenna repetutament li “pajjiżna qed joħloq ix-xogħol u xogħol aħjar u qed ikompli jiġbed l-investiment, tant li l-eluf ta’ studenti li jispiċċaw mill-Università u mill-MCAST qegħdin isibu xogħol u xogħol aħjar”. Tajjeb iżda li qabel wieħed jaċċetta dan it-tip ta’ diskors min-naħa tal-Prim Ministru u l-esponenti tal-Gvern jagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet.

Qabel xejn, wieħed irid jiġġudika lil Lawrence Gonzi fuq dak li jagħmel u mhux fuq dak li jgħid. Jien ninsab konvint li hekk qegħdin jagħ­mlu l-istudenti Għawd­xin li għadhom kif temmew b’suċċess l-edukazzjoni tagħ­hom fl-Univeristà ta’ Malta. Mill-Parlament irriżulta li kie­nu biss nofs l-istudenti Għawdxin li gradwaw din is-sena li sabu impjieg u mill-mitt student li gradwaw kienu biss 17 li sabu opportunità ta’ impjieg f’Għawdex stess.

Dikjarazzjoni oħra li jagħ­mlu l-esponenti tal-Gvern hi li Malta għandha fost l-inqas rata ta’ qagħad fl-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni nni­fisha ma tistax tmeriha, għax il-fatti huma sagri. Madankollu, jibqa’ l-fatt li hemm aspetti li l-Gvern jagħ­żel li jinjora, fosthom ir-rata ta’ persuni jaħdmu f’pajjiżna meta mqabbel mal-istess pajjiżi Ewropej. Fir-realtà paj­jiżna għandu t-tieni lanqas rata ta’ persuni jaħdmu fl-Unjoni Ewropea.

Aspett ieħor li wieħed għandu jżomm f’moħħu meta tiġi kwotata r-rata tal-qagħad, hu l-fatt li l-kumpa­niji Maltin, fi żmien ta’ kriżi u fi żmien ta’ tnaqqis kbir fid-domanda, raw kif għamlu biex iħarsu l-impjieg tal-ħaddiema tagħhom.
Mistoqsija kruċjali oħra li wieħed għandu jistaqsi hija wkoll x’tip ta’ xogħol qed jin­ħoloq f’pajjiżna. Huwa minnu li s-settur tal-finanzi u anke tal-‘gaming’ qed jiġġenera num­ru ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità.
Iżda din hi biss parti mir-real­tà tas-suq tax-xogħol f’paj­jiżna. Apparti li hemm numru konsiderevoli ta’ persuni li qegħdin jispiċċaw jagħmlu xogħol li ma jirriflettix il-ħiliet u l-livell akkademiku tagħhom, hemm ir-realtà inkwetanti ħafna tax-xogħol prekarju.



Bl-akbar responsabbiltà ngħid li l-Gvern, li jitkellem tant fuq xogħol ta’ kwalità, hu ‘partner in crime’ jekk mhux il-moħħ wara l-prekarjetà f’pajjiżna. Dan għax qed jagħ­mel kompletament l-oppost tal-wegħda li kien għamel fl-aħħar elezzjoni ġenerali u qed jibqa’ jappoġġja u jagħti kunt­ratti lil dawk il-ftit kumpaniji privati li qegħdin jabbużaw sfaċċatament mill-impjegati tagħhom. Il-Gvern minflok qed jintervjeni biex ikunu indirizzati l-kundizzjonijiet ina­dekwati li qegħdin jaħdmu fihom numru sostanzjali ta’ ħaddiema, qed ikun hu stess mezz biex jinħoloq aktar xogħol prekarju.

Fl-aħħar ġimgħat rajna kif kumpanija tas-sigurtà li tinsab f’nofs ċentru ta’ kontroversja minħabba l-mod kif kienet qiegħda titratta l-impjegati tagħha kienet magħżula mill-Ministru Dolores Cristina biex toffri servizz ta’ sigurtà fil-ministeru tagħha. Il-kumpa­nija inkwistjoni, “JF Security” bdiet tħaddem l-impjegati tagħha bħala ‘self employed’ bir-riżultat li dawn jitilfu d-drittijiet tagħhom bil-liġi tal-‘leave’ u s-‘sick leave’ u kien biss b’intervent tal-General Workers’ Union li rregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Bl-istess mod qed jaġixxi l-Ministeru tas-saħħa, fejn rajna t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-General Workers’ Union tesprimi d-diżappunt tagħha li dan il-Ministeru baqa’ għaddej joħroġ tenders permezz ta’ entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħtu, b’kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji.

Jeħtieġ li anke fil-qasam tax-xogħol nibdew inħarsu lil hinn mill-istatistika u ma nikkonsidrawx il-ħaddiema bħala sempliċi numru. Jeħtieġ li nibdew nagħtu ferm aktar attenzjoni lejn il-kwalità tax-xogħol li qed jinħoloq u jkun assigurat li ma nibqgħux f’sitwazzjoni fejn il-ħaddiema jispiċċaw jaħdmu aktar u jmorru d-dar b’inqas flus fil-but.

Wednesday, August 24, 2011

Tħassib serju u ġustifikat dwar is-sigurtà f’Paceville

Ghalkemm iż-żgħa­żagħ ifittxu li jiddevertu matul is-sena kollha, fis-sajf l-attività fin-“night Clubs” u ż-żoni ta’ divertiment tiżdied aktar, anke minħabba li jkun hawn ħafna studenti żgħażagh jitgħallmu l-lingwi.
Il-ġlied bejn iż-żgħażagħ f’dawn il-postijiet mhuwiex xi ħaġa ġdida u fil-passat kien hemm saħansitra min tilef ħajtu waqt xi argumenti vjolenti f’xi post ta’ divertiment. Imma dan l-aħħar il-vjolenza u l-vandaliżmu saru l-ordni tal-ġurnata fl-inħawi ta’ Paceville u l-lokalitajiet tal-madwar u ċertament waħda mill-aktar dikjarazzjonijiet li spikkaw matul dan is-sajf kienet dik tal-ispettur Daniel Zammit, li fil-qorti qal li “saret kważi moda li titla’ Paceville u tiġ­ġieled”, wara li ġuvni ta’ 18 –il sena qala’ daqqa ta’ sikkina mingħand guvni ieħor ta’ 16-il sena meta kienu Paceville.
Għaldaqstant din is-sit­wazz­joni bir-raġun kollu qiegħda tħasseb lil bosta persuni, mhux l-anqas l-is­tess sidien tal-istabbilimenti tad-divertiment li huma konxji li jekk din il-lokalità se tieħu fama ħażina se jispiċċaw b’telf ta’ negozju. Bil-għan li tiżdied is-sigur­tà f’din il-lokalità u tonqos il-vjolenza u l-vandaliżmu, twaqqaf ukoll ‘pressure group’ fuq l-inizjattiva li jikkonsulta l-partijiet kollha kkonċernati biex ifasslu pjan ta’ azzjoni.



Il-federazzjoni tal-iskejjel tal-Ingliż f’Malta, ukoll ingħaq­du mal-appelli u qalu li għandu jkun hemm “zero tolerance policy” kontra kull forma ta’ vjolenza f’Paceville li qiegħda tieħu reputazzjoni mal-barranin bħala mekka fejn m’hemmx liġi.
Ma naqsux ukoll l-appelli mqanqlin ta’ ġenituri li wliedhom jiffrek­wentaw dan il-post u qegħdin jispiċċaw jagħmlu ljieli sħaħ inkwetati. Tispikka ittra li bagħtet fil-ġurnali omm ta’ tliet żgħażagħ li jmorru Paceville, u li fost l-oħrajn staqsiet għalfejn f’dan il-pajjiż irridu nieħdu biss azzjoni wara li tkun saret xi traġedja.
Ma’ dawn l-appelli jingħaqdu wkoll dawk tal-Partit Laburista, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi u anke l-Alternattiva Demokratika.
Dawn il-ġenituri, residenti, għaqdiet u partiti politiċi qegħdin jagħmlu appell wie­ħed u ċar; f’Paceville is-sitwazzjoni ma’ tistax tibqa’ sejra kif inhi u hemm bżonn li tiżdied is-sigurtà għall-ġid ta’ kulħadd.
Iżda quddiem dawn l-appelli, il-gvern xorta qed jibqa’ jipprova jiddefendi l-indiffendibbli u fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Ministru Carm Mifsud Bonnici, ta l-impressjoni li qed japprova li hemm din in-necessità u biex jiddefendi l-Pulizija qal li dawn qegħdin jipprovaw joħolqu bilanċ biex ma nsirux stat pulizjesk.
Għalkemm ngħid li huwa minnu li m’għandiex tiżdied il-preżenza tal-Pulizija b’tali mod li wieħed iħossu skomdu jitla’ f’din il-lokalità tad-divertiment, xi ħaġa trid issir illum qabel għada.
Madankollu xorta hemm bżonn aktar preżenza sinifikanti ta’ Pulizija f’dawn l-inħawi, u kif qal il-Partit Laburista, dawn il-Pulizija għandhom ikunu mħarrġin għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Il-gvern, għal din iż-żona għandu jara li s-sigurtà tiżdied ukoll b’mezzi oħrajn ta’ sigurtà u mhux biss bil-preżenza fiżika tal-Pulizija.
Il-Gvern ma’ jistax jibqa’ passiv quddiem din is-sitwazzjoni għax mhux ġust li r-residenti f’dawn l-in­ħawi jibqgħu jgħixu b’dan l-inkonvenjent, u f’darhom bil-biża’ li jispiċ­ċaw vittma ta’ xi att kriminali.
Wisq anqas huwa ġust li ż-żgħażagħ u l-ġenituri tagħhom jibqgħu jgħixu fil-biża’ li se jispiċċaw involuti f’xi ġlieda u fuq kollox mhux ġust li s-sidien tal-istabbilimenti tad-divertiment u l-iskejjel tal-lingwi jaraw l-investimenti tagħ­hom ifallu minħabba li l-gvern naqas li jagħmel xogħlu u jassigura li jkun hemm livell ta’ sigurtà adekwata.

jonathan.attard@live.com

Friday, March 19, 2010

Jeħtieġ nivvotaw favur iż-żieda fil-‘leave’ tal-maternità

Il-Parlament Ewropew ippospona l-vot dwar il-le­ġis­laz­zjoni li twassal biex l-ommijiet jingħataw id-dritt li jkollhom minimu ta’ 20 ġimgħa ‘leave’ tal-maternità. Il-posponi­ment tal-vot intalab mill-konser­vattivi li qegħdin jopponu bil-qawwa kollha din il-mi­żura favur il-familja.

Għalkemm l-ammont ta’ ‘leave’ tal-maternità jvarja minn pajjiż għall-ieħor, din il-miżura proposta se tkun tfisser żieda f’kull pajjiż. F’Malta din id-direttiva se tkun qiegħ­da tfisser żieda ta’ sitt ġimgħat mħallsin għal kull omm. Dan għax sallum pajjiżna kien qed jagħti l-mi­nimu possibbli stabilit mill-UE lura fl-1992.

Il-proposta li jiġi estiż il-mini­mu tal-‘leave’ tal-maternità b’sitt ġim­għat u l-‘leave’ tal-paternità b’ġi­m­għa­tejn kienet approvata mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tan-nisa. Il-pass li jmiss hu li din il-proposta, imfassla mis-Soċ­jalistà Edite Estrela, tkun ap­pro­vata mill-Membri Parlamen­tari Ew­ro­pej.

Il-Partit Laburista u anke l-Al­ter­nat­tiva Demokratika kien­u pronti esprimew ruħhom pub­blikament fa­vur din il-miżura, imma l-Gvern baqa’ lura milli jikkometti ruħu mill-ewwel. Din l-attitudni tal-Gvern tistona bil-kbir mad-diskorsi bi kliem sabiħ dwar it-tisħiħ tal-familja li jħobb jagħti l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.

L-istess Gvern, is-sena li għad­diet ukoll kien esprima t-tħassib tiegħu dwar dawn il-miżuri meta kienet bdiet id-diskussjoni. John Dalli dak iż-żmien Ministru għall-Politika Soċjali kien wissa li din il-mi­żura jaf ikollha impatt negattiv fuq in-negozji ż-żgħar.

Il-pożizzjoni tal-Opożizzjoni ilha ċara sa minn qabel bdiet id-diskussjoni fil-PE. Il-Kap tal-Op­pożizzjoni Joseph Muscat, f’aktar minn okka­żjoni waħda irrijafferma l-pożizzjoni tal-Par­tit Laburista favur it-tisħiħ tal-‘leave’ tal-maternità wara li kie­nu gvernijiet Laburisti li daħlu dan il-kunċett f’pajjiżna.

Iż-żieda fil-‘leave’ tal-maternità ġġib magħha diversi bene­fiċ­ċji mhux biss għall-omm imma għall-familja kollha. Ewlenija fost dawn il-benefiċċji hi s-saħħa u r-rabta bejn l-omm u l-wild, partikolarment fl-ewwel ftit ġimgħat tal-ħajja. Miżura bħal din tfisser ukoll aktar kuntentezza għall-impjegat u allura jiżdied iċ-ċans li l-impjegat ikun aktar produttiv u leali lejn il-kumpanija. Fl-aħħar mill-aħħar din il-mi­żura taf tħajjar aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, aspett li fih pajjiżna qed jaqa’ lura sewwa.

Mill-banda l-oħra hawn minn jgħid li miżura bħal din se twassal biex il-kumpaniji jim­pjegaw anqas nisa u f’Malta diġà kien hawn rap­por­ti li jekk din il-mi­żura tgħad­di ċertu kum­paniji Maltin ma kienux se jimpjegaw aktar nisa. F’sit­waz­zjo­niijet bħal dawn hu l-istat li għandu jintervjeni u jinvestiga permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza.

Għalkemm wieħed irid jirri­konoxxi li din se tfisser piż ak­bar għan-negozji u l-Gvern, jekk irridu veramanet nilħqu l-miri tal-istrateġija ta’ Lisbona dwar l-impjiegi rridu nku­nu kuraġjużżi u nħarsu lejn ‘policies’ li għandhom l-għan li jġibu livell għoli ta’ armonija bejn ix-xogħ­ol u l-ħajja tal-fa­milja.

Fir-realtà f’pajjiżna fl-aħħar snin u xhur ittieħdu ferm aktar deċiżjonijiet l-imminaw l-kom­­pe­tit­­tivi­tà u għal­­hekk l-is­ku­żi li qegħ­­­din jin­ġie­bu biex tkun im­waqq­­fa din il-pro­­posta ma’ jreġ­ġux.

Il-Ħamis 18 ta' Marzu 2010

Thursday, February 4, 2010

L-edukazzjoni f’pajjiżna hija priorità jew le?

F’Malta nisimgħu ħafna drabi appelli mqanqlin b’mod partikolari minn politiċi biex l-istudenti jaħtfu l-opportunitajiet offruti fil-qasam tal-edukazzjoni. Dawn l-appelli huma neċessarji, mhux biss għall-ġid tal-individwu, imma wkoll għall-pajjiż inġenerali li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikollu bżonn persuni mħarr ġin u speċjalizzati. Ir-realtà hi li Malta waqgħet lura sew fil-miri edukattivi stabiliti fl-istrateġija ta’ Lisbona, b’mod partikolari fin-numru ta’ studenti li qegħdin jagħżlu li jkomplu l-istudji wara li jgħalqu s-16-il sena.

Kellu jkun każ ta’ żgħażugħ li għandu problemi soċjali u finanzjarji fil-familja li tefa’ dawl fuq sitwazzjoni nkwetanti ħafna li qiegħda tiżvillupa fl-MCAST.

Sit wazzjoni, fejn studenti mhux qegħdin ikomplu bl-istudji tagħ hom mhux għax mhumiex interessati, m’għandhomx il-ħajra jew kwalifikazzjonijiet neċessarji imma għax il-kors iġieb miegħu ċerti spejjeż finanzjarji li l-familji tagħhom ma jistgħux jagħmlu tajjeb għalihom.

L-għada li l-Kap tal-Oppo żiz zjo ni tkellem dwar il-każ ta’ żgħa żugħ li kellu jwaqqaf l-aspirazzjonijiet edukattivi min ħabba nuqqas ta’ flus, bgħatt imejl nitlob intervista qasira fuq is-suġ ġett lil Ministru Dolores Cristina. Ftit tal-ħin wara kont informat li l-Ministru minħabba mpenji oħ rajn ma setgħatx.

Risposta bħal din għal ġurnalist li ma jdoqqx il-qanpiena tal-Gvern, mhija sor priża xejn, is-sorpriża kienet li mir-risposta li tgħat bil-kitba l-Ministru rriżulta li l-każ tal-istudent ma kienx wieħed iżolat.

Filfatt fl-imejl, il-Ministru filwaqt li qalet li dawk l-ispejjeż finanzjarji huma relatati mal-eżamijiet qalet li b’kollox kienu daħlu 79 talba simili għal għajnuna finanzjarja, li biex ikunu sodisfatti kollha kien hemm bżonn €29,000. Fl-istess risposta li ngħatajt ingħad li l-fond li jieħu ħsieb talbiet simili hu ta’ €6,000 u la darba jkun eżawriet it-talbiet l-oħrajn jkunu rifjutati.

Minn dan kollu jirriżulta li bl-allokazzjoni minima ta’ €6,000 kienu mgħejunin biss 16-il student għax l-eżamijiet inkwistjoni jiswew fuq it-€350. Dan ifisser li 80% tal-istudenti li talbu l-għajnuna sabu l-bieb tal-MCAST magħ luq f’wiċċhom minħabba nuqqas ta’ finanzi fil-kulleġġ.

Din ir-realtà qiegħda twassal biex diversi persuni b’kull raġun jistaqsu u jkollhom dubju dwar kemm il-Gvern jaf x’inhuma l-prioritajiet.

Fi żmien meta nefaq mal-€150,000 f’serata biex jinawgura rinnovar fi pjazza, fi żmien meta nefaq mal-€50,000 f’rekla mar għal baġit u fi żmien meta l-Gvern se jagħti mal-€55 miljun biex jixtri wegħda elettorali li kien għamel mas-sidien tal-karozzi tal-linja, ma sabx €23,000 li setgħu jkunu ċ-ċavetta għal futur ta’ 63 student.

Nittama li fi żmien li ġej din is-sitwazzjoni tkun indirizzata u dawn l-istudenti li kellhom jiffaċċaw din ir-realtà jkunu identifikati.

Il-Gvern ma jistgħax jibqa’ jinjora r-realtà finanzjarja li qegħ din jaraw diversi familji, b’mod partikolari dawk bi dħul baxx.

Minn ċifri uffiċjali tal-NSO jirri żulta li ż-żgħażagħ, wara l-anzjani, huma l-aktar nies f’riskju ta’ faqar, għaldaqstant jeħtieġ li jkun hemm pjan biex jitneħħew l-iżvantaġġi li qegħdin jinħolqu jekk irridu verament “edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd biex uliedna jirnexxu lkoll.”

L-orizzont 4 ta' Frar 2010

Thursday, November 26, 2009

Il-“Whistle blower Act”

Il-“Whistle blower Act” hi mezz effettiv biex wiehed jiggieled il-problema serja tal-korruzzjoni. Bosta persuni f’pajjizna qed jistennew bil-herqa li tidhol fis-sehh din il-ligi, ghaliex ghalkemm ghandhom informazzjoni li tista’ titfa dawl fuq diversi allegati kazi ta’ abuzzi qed joqghodu lura milli jitkellmu minhabba l-implikazzjonijiet li jistghu jiffaccaw. Bis-sahha tal-ligi tal-“whistle blower” persuni li ghandhom din it-tip ta’ informazzjoni jhossuhom protetti u siguri li jghaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet, ghaliex ma jkunux f’periklu li jitkeccew jew jigu vittimizzati b’xi mod jew iehor.


Fis-sitwazzjoni prezenti r-riskju li tispicca sospiz mill-impjieg jew vittimizat ghaliex tigbet l-attenzjoni, hi realta’. Ezempju ta’ dan sehh fl-ahhar Gimghat fil-Gozo Channel, fejn ghax kaptan li tkellem dwar l-abbuzi li kienu qed isiru spicca sospiz.


It-terminu “whistle blower” origina mill-prattika Ingliza fejn il-pulizija meta jara li qed isehh att kriminali jsaffar is-suffara biex jigbet l-attenzjoni tal-ufficjali l-ohra u tal-pubbliku generali. Meta llum il-gurnata nitkellmu dwar “Whistle blower” nkunu qed nirreferu ghal persuna generalment fi hdan organizazzjoni, li tigbet l-attenzjoni dwar abbuzi li jkunu qed isiru fl-istess organizazzjoni. Dawn l-abbuzi jew kondotta mhux xierqa jistu jkunu qed isiru bi ksur tal-ligi, regoli jew regolamentazzjonijiet li jkunu ta’ theddida ghall-interess pubbliku bhal frodi u l-korruzzjoni.


Fi zmien meta f’pajjizna il-percezzjoni tal-korruzzjoni qed tkompli tizdied, l-Oppozizzjoni qed tiddeskrievi l-korruzzjoni bhala taxxa gdida. L-unika risposta li nghatat b’referenza ghal korruzzjoni mill-Prim Ministru kien li l-gvern qed jaghmel minn kollox biex jiggieled kull forma ta’ korruzzjoni.


B’sorpriza izda meta kien qed jippartecipa b’dibattitu politiku l-Prim Ministru hasad lil kulhadd meta fi kliemu ta’ spjegazzjoni ta x’inhi l-“whistle blower act”. Dan ghaliex ghal darba, darbtejn, tlieta spjega b’mod hazin dan il-kuncett, meta hallat il-ligi tal-“whistle blower” mal-proklama li tinghata lil xi hadd komplici f’reat.


Wiehed jittama li Lawrence Gonzi ha zball u ma kienx qed jghid x’fiha l-ligi li fi kliemu tfasslet u se titressaq ghall-approvazzjoni tal-kabinett, ghaliex inkella l-aspettativa ghal din il-ligi, li tghin fil-glieda kontra l-korruzzjoni, se tisfuma fix-xejn. Jekk l-ispjegazzjoni ta’ Lawrence Gonzi ma kienetx zball, imma kienet spjegazzjoni ta’ x’fiha l-ligi li waslet biex titlesta’ allura l-gvern se jkun qed jiskarta l-kuncett tal-ligi tal-“whistle blower” li tezisti f’diversi pajjizi, allura l-poplu se jkollu prova ohra ta’ min verament irid jiggieled il-problema serja tal-korruzzjoni.

Ippubblikat fl-orizzont (26.11.09)

Sunday, November 22, 2009

Minn dejjem ippruvaw jimminawni – l-Awditur tal-MEPA

Fl-ahhar jiem l-awditur tal-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), il-Perit Joe Falzon, mhux biss spicca fil-mira tal-awtorità nnifisha, izda wkoll fil-mira tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fejn sahansitra akkuzah li qed icappas bil-korruzzjoni.
F'intervista li saritlu mill-gurnalist Jonathan Attard, fil-programm Issues fuq ONE TV, il-Perit Joe Falzon stqarr li ma jafx ghalfejn il-Prim Ministru fetah attakk fil-konfront tieghu. Dan fid-dawl li kien Gonzi nnifsu li talbu jaghmel ir-rapport dwar il-kaz tal-Mistra.

Ir-rapport li kien ghamel il-Perit Falzon dwar l-applikazzjoni tad-diskoteka fil-Mistra fuq art tad-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando kien accettat mill-MEPA li ammettit li l-permess kien inhareg b'mod abbuziv, tant li rtiratu.

F’sentenza b’rabta mal-kaz, il-Qorti qalet li laqghat privati bejn l-izviluppaturi u l-membri tal-bord tad-DCC kienet prattika fil-MEPA. Dwar dan il-Perit Falzon spjega li l-qorti ma kienetx qed tiddeciedi dwar il-ligi tal-ippjanar izda dwar l-akkuzi kriminali li kienu qed jiffaccjaw zewg eks membri tad-DCC.


Joe Falzon li hu eks chairman tal-istess bord qal li fil-ligi tal-ippjanar m'hemm imkien miktub li l-applikant jistà jkollu laqghat privati mal-membri tad-DCC jew il-membri tal-bord tal-MEPA.

Kien wara li ghamel din l-osservazzjoni li spicca taht attakk mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li minn din il-legislatura ha l-MEPA taht idejh biex suppost jirriformaha.

Mistoqsi jekk il-Prim Ministru iltaqax mieghu qabel attakkah pubblikament, l-awditur tal-MEPA wiegeb li le.

Il-Perit Falzon zied jghid li f’dawn l-ahhar hames snin, kemm ilu jokkupa l-kariga ta' awditur, l-attitudni dejjem kienet dik ta’ kif se jipprovaw jimminaw l-ufficju tieghu.

Spjega li l-akbar attakk fil-konfront tieghu kien dakinhar li nehhew mill-ufficju tieghu lil Perit Carmel Caccopardo, sempliciment ghax ma riedux ic-chairman ta’ dak iz-zmien Andrew Calleja.

Mistoqsi kemm jahseb li sar progress fl-ahhar xhur fil-MEPA, l-awditur wiegeb li mhux qed jara wisq progress.

"Fejn hemm l-izvilupp hemm flejjes kbar u allura hemm tentazzjonijiet kbar, ghalhekk irid ikollok sistema ta' checks and balances biex tassigura li l-process isir sew, bi trasparenza u ndafa, imma din is-sistema ghal xi raguni jew ohra mhux tiffunzjona", zied jghid il-Perit Falzon.

Mistoqsi jekk jinsabx inkwetat bil-fatt li r-riforma ghadda ma dahlitx fis-sehh, Joe Falzon stqarr li l-ebda riforma mhu se tibdel xi affarijiet kbar jekk il-persuni mhux ma jkollhom l-intenzjoni li jaghmlu dan.

"Taht il-ligi prezenti hemm hafna affarijiet li tista' taghmel, imma ma ninqdewx bihom" qal l-awditur tal-MEPA.

Mistoqsi jekk jaqbilx mal-proposta li qed issir biex l-ufficju tieghu jsir parti mill-ufficju tal-Ombudsman, Joe Falzon qal li hu jemmen li kienet tkun aktar ideali li istituzzjonijiet differenti jkollhom ufficju ta' awditur taghhom, biex jekk xi hadd ma jkunx sodisfatt ikun jista jfittex rimedju ghand l-Ombudsman.

Il-Perit Falzon jghid li fic-cirkostanzi prezenti li tkun mal-ufficju tal-ombudsman tiggarantixxi aktar indipedenza.

"F'dawn l-ahhar hames snin l-ufficcju tieghi ma tantx rajtu effettiv ghax ir-rakkomandazzjonijiet li naghmel mhu qed isir xejn dwarhom, hlief meta jkun hemm xi politici nvoluti" jghid il-perit Joe Falzon.

Isostni li l-MEPA qed tinjora r-rapporti tieghu minghajr ragunijiet validi.

Fid-dawl tal-attakki li kienu qed isirulu mill-MEPA u mill-Prim Ministru rapporti fl-istampa qalu li Falzon kien qed jikkonsidra li jirrizenja mill-kariga tieghu.

Mistoqsi dwar dan, Falzon wiegeb li hu jemmen li l-kritika li saret fil-konfront tiehu kienet bbilancjata bl-appogg li urewh l-ufficcju tal-Ombudsman, il-kummissjoni djocesana tal-Knisja, l-ghaqdiet ambjentali u l-Oppozizzjoni Laburista.

Friday, November 20, 2009

Il-Baġit 2010 se jkompli jnaqqas il-fiduċja tal-poplu

IL-BAĠIT li ppreżenta l-Gvern, l-istess kif għamlu Baġits preċedenti komp­lew itellfu l-fiduċja tan-nies f’dan l-eżerċizzju. Dan għax flok ingħatat stampa ċara u realistika ta’ kif inhi s-sitwazzjoni u ta’ x’se jkunu l-ispejjeż żejda li se jkollhom jiffaċċaw in-nies, ħalla ħafna mistoqsijiet mhux mwieġba u injora ħafna mit-tħassib li qegħdin jaħkmu lin-nies.

Kif innota l-Kap tal-Op­pożizzjoni, għal kuntrarju tal-Gvern, iċ-ċittadini ma jistgħux jagħmlu baġit għalihom personali u għall-familji tagħhom. Dan għax għadhom fil-għama dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li se jkunu qegħdin iħallsu minn Jannar li ġej.

Din is-sitwazzjoni kif qalu l-imsieħba soċjali qiegħda tkompli tnissel inċertezza fi żmien meta l-konsumatur jeħtieġ jerġa jrabbi l-kunfidenza neċessarja biex ir-rota terġa tibda ddur, speċjalment fi żminijiet ta’ festi fejn in-negozji ż-żgħar qegħdin iħarsu lejh b’tama.

M’humiex biss il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qegħdin joħolqu din l-inċertezza imma wkoll spejjeż oħrajn li jinqagħlu minn żmien għal żmien bħat-tariffi tal-MEPA. Għalkemm uħud jafu jargumentaw li dawn se jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom l-iżviluppaturi, fl-aħħar mill-aħħar iż-żieda fl-ispejjeż se jbagħtiha l-konsumatur. F’dan il-każ bosta żgħażagħ li b’tant sagrifiċċji se jkunu qegħdin jidħlu għall-piż tal-propjetà biex jibnu familja.

Fattur ieħor li qiegħed ikompli jtellef il-fiduċja tal-poplu fl-eżerċizzju tal-baġit hu l-prestazzjoni tal-Gvern stess minn sena għall-oħra. Il-baġit trid tieħdu f’kuntest tal-baġits ta’ qablu, tevalwa x’sar minn dak li kien mwiegħed u kemm nżammew il-miri li l-Gvern ikun poġġa. Ikolli ninnota, li la l-prestazzjoni tal-Gvern matul l-aħħar 12-il xahar u wisq anqas il-miri, ma jawguraw tajjeb għall-Baġit 2010.

Apparti l-elenku sħiħ ta’ wegħdi ripetuti minn baġi għall-ieħor, il-Gvern prattikament mar żmerċ f’kull mira li poġġa għal din is-sena. Per eżempju kif wieħed jista’ jieħu bis-serjetà n-nefqa li proġetta l-Gvern għall-edukazzjoni għas-sena d-dieħla, meta din is-sena nefaq biss 41% ta’ dak li kien ħabbar.

Fid-diskors li għamel b’risposta l-Kap tal-Op­po­żizzjoni Joseph Muscat, mhux biss ressaq kritika ibba­żata fuq fatti u figuri, imma wkoll xejjen għal darba oħra kull spekulazzjoni li setet inqalet dwar il-Partit Laburista u l-istipendji.

Fid-diskors tiegħu, Joseph Muscat mhux talli kkonferma li hu favur is-sistema tal-istipendji, imma esprima wkoll it-tħassib tiegħu għal fatt li dawn tilfu s-saħħa tagħhom bil-livell ta’ għoli tal-ħajja li esperjenzajna fl-aħħar snin. Jekk il-Gvern verament jemmen fis-sistema tal-istipendji u mhux biss iqishom bħala ‘gimmick’ politiku biex jattira liż-żgħażagħ u jispekola fuq il-Partit Laburista, jrid jirrevedihom. Kif proponiet il-GWU jiem qabel ma tressaq il-baġit, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja kellha tingħata pro rata liż-żgħażagħ kollha li bħalissa huma ntitolati għall-istipendju biex ikomplu bl-istudji tagħhom.

Irrid iżda nfaħħar l-inizjattivi li tħabbru biex iħajjru studenti li ma jkunux jaħdmu jew jistudjaw f’livell post sekondar­ju, biex ifittxu li jingħataw rikonoxximent mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi u jingħataw ukoll stipendju.

L-istess kif kif nfaħħar l-allokazzjoni ta’ €6.2 miljun biex ikun implimentat programm estensiv ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ. Wieħed jawgura li dawn il-flus ikunu utilizzati bl-aħjar mod possibli biex nindirizzaw il-qagħad fost iż-żgħażagħ, li aktar ma jmur aktar qiegħed jerfa rasu.

jonathan.attard@live.com